6.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/11
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Evyap vs UASI – Megusta Trading (nuru)
(Kawża T-56/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta linja mmewwġa - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti DURU - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2015/C 221/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Evyap Sabun Yağ Gliserin Sanayi ve Ticaret A.Ş. (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Megusta Trading GmbH (Zürich, l-Iżvizzera)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1861/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Evyap Sabun Yağ Gliserin Sanayi ve Ticaret A.Ş. u Megusta Trading GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Evyap Sabun Yağ Gliserin Sanayi ve Ticaret A.Ş. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 129, 28.4.2014.
Full & Egal Universal Law Academy