16.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2015 – Blackrock vs UASI (INVESTING FOR A NEW WORLD)
(Kawża T-59/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali INVESTING FOR A NEW WORLD - Trade mark ikkostitwita minn slogan pubbliċitarju - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 089/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Blackrock, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, K. Gilbert u M. Blair, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 573/2013-1), fir-rigward ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali INVESTING FOR A NEW WORLD bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Blackrock, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 129, 28.4.2014.
Full & Egal Universal Law Academy