30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2015 – Monster Energy vs UASI – Balaguer (icexpresso + energy coffee)
(Kawża T-61/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva icexpresso + energy coffee - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti X-PRESSO MONSTER, HAMMER M X-PRESSO MONSTER ESPRESSO + ENERGY u MIDNIGHT M X-PRESSO MONSTER ESPRESSO + ENERGY - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni” - Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 398/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Luis Yus Balaguer (Movera, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Novembru 2013 (Każ R 821/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Monster Energy Company u Luis Yus Balaguer
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Monster Energy Company hija kkundannata li tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
(1) ĠU C 129, 28.4.2014.
Full & Egal Universal Law Academy