11.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2015 – Bateaux mouches vs UASI (BATEAUX MOUCHES)
(Kawża T-72/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea - Trade mark verbali BATEAUX MOUCHES - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 155/31)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Compagnie des bateaux mouches SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: G. Barbaut, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Novembru 2013(Każ R 284/2013-2), rigward ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea tat-trade mark verbali BATEAUX MOUCHES.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Compagnie des bateaux mouches SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 102, 7.04.2014.
Full & Egal Universal Law Academy