21.8.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 277/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2017 – Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-74/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija minn Franza lil SNCM - Għajnuna għar-ristrutturar u miżuri meħuda fil-kuntest ta’ pjan ta’ privatizzazzjoni - Kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern - Ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2017/C 277/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn G. de Bergues, D. Colas, E. Belliard u J. Bousin, sussegwentement minn D. Colas, E. Belliard u J. Bousin, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u B. Stromsky, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 7066 finali, tal-20 ta’ Novembru 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.16237 (C 58/2002) (ex N 118/2002) implimentata minn Franza favur l-SNCM.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 135, 5.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy