8.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 5/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Novembru 2017 – USFSPEI vs Il-Parlament u Il-Kunsill
(Kawża T-75/14) (1)
([“Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Inammissibbiltà - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra - Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 - Irregolaritajiet matul il-proċedura ta’ adozzjoni tal-atti - Nuqqas ta’ konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal u mat-trade unions - Ksur suffiċjentement ikkaratterizzat ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”])
(2018/C 005/33)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Union syndicale fédérale des services publics européens et internationaux (USFSPEI) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J.-N. Louis u D. de Abreu Caldas, sussegwentement J.-N. Louis, avocats)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Troupiotis u E. Taneva, aġenti) u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer u A. Bisch, sussegwentement M. Bauer u M. Veiga, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment G. Gattinara u J. Currall, sussegwentement G. Gattinara u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(27), (32), (46), (61), (64)(b), 65(b) u (67)(d) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2013, L 287, p. 15), u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sostniet bħala riżultat tal-adozzjoni tar-Regolament Nru 1023/2013 bi ksur tal-Ftehim dwar ir-Riforma tal-2004, tal-Artikoli 12 u 27 tal-Karta tad-Drittijiet Fudnamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 10 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-proċedura ta’ ftehim prevista mid-deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 1981.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
L-Union syndicale fédérale des services publics européens et internationaux (USFSPEI) hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 194, 24.6.2014.
Full & Egal Universal Law Academy