24.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Morningstar vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-76/14) (1)
(“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq dinji għal provvista tad-dejta kkonsolidata f’ħin reali - Deċiżjoni li tirrendi vinkolanti l-impenji proposti mill-impriża f’pożizzjoni dominanti - Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2004”)
(2016/C 392/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Morningstar, Inc. (Chicago, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Kinsella, K. Daly, P. Harrison, solicitors, u M. Abenhaïm, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, A. Dawes u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)
Partijiet konvenuta insostenn tal-parti konvenuta: Thomson Reuters Corp. (Toronto, il-Kanada) u Reuters Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Nourry, G. Olsen u C. Ghosh, solicitors)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 9635, tal-20 ta’ Diċembru 2012, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE [Każ COMP/D2/39.654 – Kodiċijiet tal-Istrumenti Reuters (RIC)].
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Morningstar, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 135, 5.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy