18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2016 – Secop vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-79/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Salvataġġ ta’ impriżi f’diffikultà - Għajnuna taħt forma ta’ garanzija mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ eżami formali - Diffikultajiet serji - Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati”))
(2016/C 136/41)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Secop GmbH (Flensburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Schnelle u C. Aufdermauer, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 9119 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, dwar għajnuna mill-Istat SA.37640 – Għajnuna ta’ salvataġġ favur ACC Compressors SpA – l-Italja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Secop GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 85, 22.3.2014.
Full & Egal Universal Law Academy