29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Frar 2016 – Harrys Pubar u Harry’s New York Bar vs UASI – Harry’s New York Bar u Harrys Pubar (HARRY’S NEW YORK BAR)
(Kawżi magħquda T-84/14 u T-97/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HARRY’S NEW YORK BAR - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti PUB CASINO Harrys RESTAURANG - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 111/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Harrys Pubar AB (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentant: L.-E. Ström, avukat) (Kawża T-84/14); u Harry’s New York Bar SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. Arnaud, avukat) (Kawża T-97/14)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Harry’s New York Bar SA (Kawża T-84/14); u Harrys Pubar AB (intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-97/14)
Suġġett
Żewġ rikorsi kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Novembru 2013 (Każijiet magħquda R 1038/2012-1 u R 1045-2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Harrys Pubar AB u Harry’s New York Bar SA.
Dispożittiv
1)
Fil-Kawża T-84/14, il-punt 1 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-14 ta’ Novembru 2013 (Kawżi magħquda R 1038/2012-1 u R 1045/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Harrys Pubar AB u Harry’s New York Bar SA, huwa annullat.
2)
Fil-Kawża T-97/14, ir-rikors ta’ Harry’s New York Bar huwa miċħud.
3)
Harry’s New York Bar hija kkundannata tħallas l-ispejjeż tagħha stess, żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ Harrys Pubar sostuni minn din tal-aħħar fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, kif ukoll dawk sostnuti minn Harrys Pubar matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI. L-UASI huwa kkundannat iħallas l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll terz tal-ispejjeż ta’ Harrys Pubar sostnuti minn din tal-aħħar fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.
(1) ĠU C 135, 5.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy