23.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 96/19
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2015 – Infocit vs UASI – DIN (DINKOOL)
(Kawża T-85/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DINKOOL - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti DIN - Identifikatur kummerċjali nazzjonali preċedenti DIN - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 096/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Infocit – Prestação de Serviços, Comércio Geral e Indústria, Lda (Luwanda, l-Angola) (rappreżentant: A. Oliveira, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DIN – Deutsches Institut für Normung eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Bagh, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1106/2012-2), relatat ma’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn DIN – Deutsches Institut für Normung eV u Infocit – Prestação de Serviços, Comércio Geral e Indústria, Lda.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Infocit – Prestação de Serviços, Comércio Geral e Indústria, Lda, għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk esposti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
3)
DIN – Deutsches Institut für Normung eV għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 135, 5.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy