30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2015 – Secolux vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-90/14) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal oferti - Kontrolli ta’ sigurtà - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti ta’ kuntratt lil offerent ieħor - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))
(2015/C 398/54)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Secolux, Association pour le contrôle de la sécurité de la construction (Capellen, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: N. Prüm-Carré u E. Billot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u S. Lejeune, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2013 dwar iċ-ċaħda ta’ offerti magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti li tikkonċerna l-provvista ta’ servizzi dwar kontrolli ta’ sigurtà u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-dannu allegatament sostnut minħabba din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Secolux, Association pour le contrôle de la sécurité de la construction, hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 135, 5.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy