26.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 354/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – EE vs UASI (rappreżentazzjoni ta’ tikek bojod fuq sfond blu)
(Kawża T-94/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Talba għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta tikek bojod fuq sfond blu - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2015/C 354/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: EE Ltd (Hatfield, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Novembru 2013 (Każ R 495/2013-1), dwar talba għal reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrapreżenta tikek bojod fuq sfond blu bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
EE Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 135, 5.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy