10.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 262/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2015 – Iranian Offshore Engineering & Construction vs Il-Kunsill
(Kawża T-95/14) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Użu ħażin ta’ poter - Dritt għall-proprjetà - Ugwaljanza fit-trattament”))
(2015/C 262/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Iranian Offshore Engineering & Construction Co. (Tehran, l-Iran) (rappreżentanti: J. Viñals Camallonga, L. Barriola Urruticoechea u J. Iriarte Ángel, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Elera-San Miguel Hurtado u V. Piessevaux, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 18), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 3), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Iranian Offshore Engineering & Construction Co. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 102, 7.4.2014
Full & Egal Universal Law Academy