29.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2015 – Deutsche Post vs UASI – PostNL Holding (TPG POST)
(Kawża T-102/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TPG POST - Trade marks verbali nazzjonali u Komunitarji preċedenti POST u Deutsche Post - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 213/58)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Hamacher u C. Giersdorf, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u S. Hanne, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: PostNL Holding BV (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 2108/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn PostNL Holding BV u Deutsche Post AG.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Deutsche Post AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 112, 14.04.2014.
Full & Egal Universal Law Academy