2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2016 – Frucona Košice vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-103/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Dazji tas-sisa - Maħfra parzjali ta’ dejn fiskali fil-kuntest ta’ arranġament ġuridiku - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Drittijiet tad-difiża - Drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati - Kriterju ta’ kreditur privat - Oneru tal-prova”))
(2016/C 156/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Frucona Košice a.s. (Košice, is-Slovakkja) (rappreżentanti: K. Lasok, QC, B. Hartnett, barrister, O. Geiss, avukat, u J. Holmes, barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, P.-J. Loewenthal u K. Walkerová, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2014/342/UE, tas-16 ta’ Ottubru 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.18211 (C 25/2005) (ex NN 21/2005) mogħtija mir-Repubblika Slovakka lil Frucona Košice a.s. (ĠU L 176, p. 38).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2014/342/UE, tas-16 ta’ Ottubru 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.18211 (C 25/2005) (ex NN 21/2005) mogħtija mir-Repubblika Slovakka lil Frucona Košice a.s., hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Frucona Košice, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 112, 14.4.2014.
Full & Egal Universal Law Academy