25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – TrekStor vs UASI – Scanlab (iDrive)
(Kawża T-105/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali iDrive - Trade mark Ġermaniża verbali preċedenti IDRIVE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2016/C 027/51)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: TrekStor Ltd (Hong Kong, Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Alber u O. Spieker, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Scanlab AG (Puchheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Rath u W. Festl-Wietek, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 2330/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Scanlab AG u TrekStor Ltd
Dispożittiv
1)
It-talba għas-sospensjoni tal-proċeduri mressqa minn TrekStor Ltd hija miċħuda.
2)
Ir-rikors huwa miċħud.
3)
TrekStor Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 112, 14.4.2014.
Full & Egal Universal Law Academy