18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2015 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-107/14) (1)
([“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG u Faeżr - Infiq eskluż mill-finanzjament - Regolament (KE) Nru 1782/2003 - Reġim ta’ drittijiet għall-pagament uniku - Riżerva naturali - Kriterji ta’ attribuzzjoni - Riskju għall-Fondi - Kundizzjonalità”])
(2016/C 016/35)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: inizjalment I. Chalkias, E. Leftheriotou u A. Vasilopoulou, sussegwentement M. Kanellopoulos, E. Leftheriotou u A. Vasilopoulou, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u D. Triantafyllou, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/763/UE, tat-12 ta’ Diċembru 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (Faeżr) (ĠU L 338, p. 81), sa fejn tirrigwarda lir-Repubblika Ellenika.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/763/UE, tat-12 ta’ Diċembru 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa magħmula mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (Faeżr), hija annullata sa fejn hija timponi fuq ir-Repubblika Ellenika korrezzjoni b’rata fissa fir-rigward tal-għoti tad-drittijiet tar-riżerva nazzjonali u sa fejn il-Kummissjoni Ewropea applikat għar-Repubblika Ellenika korrezzjoni finanzjarja għas-sena 2008 fil-qasam tal-kundizzjonalità.
2)
Il kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 129, 28.4.2014.
Full & Egal Universal Law Academy