31.10.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 402/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Molinos Río de la Plata et vs Il-Kunsill
(Kawżi magħquda T-112/14 sa T-116/14 u T-119/14) (1)
([“Dumping - Importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġina mill-Arġentina - Dazju antidumping definittiv - Rikors għal annullament - Assoċjazzjoni professjonali - Interess dirett - Interess individwali - Ammissibbiltà - Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Valur normali - Spejjeż tal-produzzjoni”])
(2016/C 402/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Molinos Río de la Plata SA (Buenos Aires, l-Arġentina) (Kawża T-112/14), Oleaginosa Moreno Hermanos SACIFI y A (Bahia Blanca, l-Arġentina) (Kawża T- 113/14), Vicentin SAIC (Avellaneda, l-Arġentina) (Kawża T-114/14), Aceitera General Deheza SA (General Deheza, l-Arġentina) (Kawża T-115/14), Bunge Argentina SA (Buenos Aires) (T-116/14), Cámara Argentina de Biocombustibles (Carbio) (Buenos Aires) (Kawża T-119/14) (rappreżentanti: J. F. Bellis, R. Luff u G. Bathory, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Boelaert u B. Driessen, sussegwentement minn H. Marcos Fraile, aġenti, assistiti minn R. Bierwagen u C. Hipp, avukati)
Intervenjenti insostenn tal-parti konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti) u European Biodiesel Board (EBB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Prost u M. S. Dibling, avukati)
Suġġett
Talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiżi, fil-Kawża T-119/14, għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU L 315, p. 2), u, fil-Kawżi T-112/14 sa T-116/14, għall-annullament ta’ dan ir-regolament sa fejn jimponi dazju antidumping fuq ir-rikorrenti f’dawn il-kawżi.
Dispożittiv
1)
Il-Kawżi T-112/14, T-113/14, T-114/14, T-115/14, T 116/14 u T-119/14 huma magħquda għall-finijiet tad-deċiżjoni li ttemm il-proċeduri.
2)
L-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Molinos Río de la Plata SA, Oleaginosa Moreno Hermanos SAFICI y A, Vicentin SAIC, Aceitera General Deheza SA u Bunge Argentina SA.
3)
Fil-Kawża T-119/14, il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Fil-Kawżi T-112/14 sa T-116/14, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. Huwa għandu jbati jbati wkoll l-ispejjeż sostnuti minn Molinos Río de la Plata fil-Kawża T-112/14, minn Oleaginosa Hermanos Moreno fil-Kawża T-113/14, minn Vicentin fil-Kawża T-114/14, minn Aceitera General Deheza fil-Kawża T-115/14 u minn Bunge Argentina fil-Kawża T-116/14.
5)
Fil-Kawża T-119/14, Câmara Argentina de Biocombustibles (Carbio) u l-Kunsill għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
6)
Il-Kummissjoni Ewropea u l-European Biodiesel Board (EBB) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 112, 14.4.2014.
Full & Egal Universal Law Academy