25.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-122/14) (1)
((“Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Pagament ta’ penalità - Deċiżjoni ta’ likwidazzjoni tal-pagament ta’ penalità - Metodu ta’ kalkolu tal-interessi applikabbli għall-irkupru tal-għajnuna illegali - Interessi komposti”))
(2016/C 270/43)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistiti minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, G. Conte u B. Stromsky, aġenti)
Suġġett
Talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 8681 finali, tas-6 ta’ Diċembru 2013, li biha, b’eżekuzzjoni tas-sentenza tas-17 ta’ Novembru 2011, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-496/09, EU:C:2011:740), il-Kummissjoni ffissat l-ammont tal-pagament ta’ penalità dovut mir-Repubblika Taljana għas-semestru mis-17 ta’ Mejju sas-17 ta’ Novembru 2012.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8681 finali, tas-6 ta’ Diċembru 2013, hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 102, 7.4.2014.
Full & Egal Universal Law Academy