16.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 28 ta’ Jannar 2015 – BSH vs UASI – Arçelik (AquaPerfect)
(Kawża T-123/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja AquaPerfect - Trade mark verbali Komunitarja preċedenti Perfect - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 089/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Arçelik AS (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: A. Franke, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 314/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH u Arçelik A.Ş.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-9 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 314/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH u Arçelik A.Ş. hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn BSH Bosch und Siemens Hausgeräte.
3)
Arçelik għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 129, 28.4.2014.
Full & Egal Universal Law Academy