1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/49
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2015 – Il-Finlandja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-124/14) (1)
((“FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Żvilupp rurali - Korrezzjoni finanzjarja ta’ darba - Eliġibbiltà tal-infiq magħmul għax-xiri ta’ materjal u ta’ tagħmir użat - Sistema derogatorja għall-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju - Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006”))
(2016/C 038/63)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski u S. Hartikainen, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Aalto, J. Aquilina, P. Rossi u T. Sevón, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/763/UE, tat-12 ta’ Diċembru 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 338, p. 81), sa fejn din id-deċiżjoni teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni taħt il-FAEŻR ċertu nfiq tar-Repubblika tal-Finlandja, li jammonta għal EUR 927 827,58, għaliex ma huwiex konformi mar-regoli tal-Unjoni
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/763/UE, tat-12 ta’ Diċembru 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn din id-deċiżjoni teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni taħt il-FAEŻR ċertu nfiq tar-Repubblika tal-Finlandja, li jammonta għal EUR 927 827,58, għaliex ma huwiex konformi mar-regoli tal-Unjoni.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 142, 12.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy