21.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 106/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-5 ta’ Frar 2016 – Kicktipp vs UASI – Società Italiana Calzature (kicktipp)
(Kawża T-135/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali kicktipp - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KICKERS - Regola 19 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Regola 98(1) tar-Regolament Nru 2868/95 - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 106/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kicktipp GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Società Italiana Calzature Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentant: G. Cantaluppi, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 1061/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Società Italiana Calzature Srl u Kicktipp GmbH.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-12 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 1061/2012-2), hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Kicktipp GmbH.
3)
Società Italiana Calzature Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 135, 5.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy