8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2015 – Chart vs SEAE
(Kawża T-138/14) (1)
((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Membru tal-persunal lokali assenjat għad-delegazzjoni tal-Unjoni fl-Eġittu - Tmiem tal-kuntratt - Nuqqas tad-delegazzjoni li tipprovdi lill-organu Eġizzjan tas-sigurtà soċjali ċ-ċertifikat ta’ tmiem is-servizz tal-membru tal-persunal u li tirregolarizza ulterjorment is-sitwazzjoni ta’ dan tal-aħħar f’dan ir-rigward - Preskrizzjoni - Dannu kontinwat - Inammissibbiltà parzjali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Terminu raġonevoli - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Dannu ċert - Rabta kawżali”))
(2016/C 048/52)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Randa Chart (Woluwe-Saint-Lambert, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)
Konvenut: Service européen pour l’action extérieure (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)
Suġġett
Rikors għal danni intiż għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament sostnut mir-rikorrenti minħabba n-nuqqas tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kajr (l-Eġittu) li tipprovdi, wara r-riżenja tagħha, iċ-ċertifikat tagħha ta’ tmiem is-servizz lill-organu Eġizzjan tas-sigurtà soċjali u li tirregolarizza ulterjorment is-sitwazzjoni tagħha f’dan ir-rigward
Dispożittiv
1)
Is-Service européen pour l’action extérieure (SEAE) (Servizz Ewropew għall-Azzjoni Barranija) huwa kkundannat iħallas kumpens ta’ EUR 25 000 lil R. Chart.
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
3)
R. Chart għandha tbati tnejn minn għaxra tal-ispejjeż tagħha u tnejn minn għaxra tal-ispejjeż ta’ SEAE.
4)
Is-SEAE għandu jbati tmienja minn għaxra tal-ispejjeż tiegħu u tmienja minn għaxra tal-ispejjeż ta’ R. Chart.
(1) ĠU C 159, 26.5.2014
Full & Egal Universal Law Academy