20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2015 – Bora Creations vs UASI (gel nails at home)
(Kawża T-140/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali gel nails at home - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2015/C 236/52)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bora Creations, SL (Ceuta, Spanja) (rappreżentanti: R. Lange, G. Hild u E. Schalast, avukati)
Konvenuta: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Poch, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 450/2013-1), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali gel nails at home bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bora Creations, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 135, 5.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy