13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2016 – ANKO vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-154/14) (1)
([“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehimiet ta’ sussidju konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Proġetti Perform u Oasis - Spejjeż eliġibbli - Rimbors tas-somom imħallsa - Kontrotalba - Interessi moratorji”])
(2016/C 211/54)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos, S. Paliou u A. Skoulikis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u P. Arenas, aġenti, assistiti minn O. Lytra, avukat)
Suġġett
Talbiet, skont l-Artikolu 272 TFUE, intiżi, minn naħa, l-ewwel nett, sabiex tiġi ddikjarata infondata t-talba tal-Kummissjoni intiża għar-rimbors tas-sussidji mħallsa lir-rikorrenti fl-eżekuzzjoni tal-ftehimiet nru 215754 “Arkitettura miftuħa għas-servizzi aċċessibbli, għall-integrazzjoni u għall-istandardizzazzjoni”, u numru 215952, “Sistema multiparametrika kumplessa għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ effettivi u kontinwi tal-kapaċità ta’ moviment fil-każijiet tal-marda Parkinson u ta’ mard ieħor li jikkawża deġenerazzjoni newroloġika”, konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013), u, it-tieni nett, għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tal-bilanċ tas-sussidji mhux imħallsa skont dawn il-ftehimiet, kif ukoll, min-naħa l-oħra, sabiex ir–rikorrenti tiġi kkundannata, skont kontrotalba, għar-rimbors tas-sussidji indebitament imħallsa fil-kuntest ta’ dawn il-ftehimiet.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors ippreżentat minn ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias huwa miċħud.
2)
ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 650 625,37, li tikkorrispondi mar-rimbors tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li hija bbenefikat minnhom skont ftehimiet nru 215754 “Arkitettura miftuħa għas-servizzi aċċessibbli, għall-integrazzjoni u għall-istandardizzazzjoni”, u nru 215952, “Sistema multiparametrika kumplessa għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ effettivi u kontinwi tal-kapaċità ta’ moviment fil-każijiet tal-marda Parkinson u ta’ mard ieħor li jikkawża deġenerazzjoni newroloġika” konklużi fil-kuntest tas-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013), miżjuda bl-intersssi moratorji kkalkolati mit-3 ta’ Mejju 2014, bir-rata ta’ 3,75 %.
3)
ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 175, 10.6.2014.
Full & Egal Universal Law Academy