29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-18 ta’ Frar 2016 – Calberson GE vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-164/14) (1)
((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Programm ta’ provvisti ta’ prodotti agrikoli lir-Russja - Provvista ta’ ċanga u vitella - Ksur tal-kuntratt mill-organu ta’ intervent - Dritt applikabbli - Preskrizzjoni - Rilaxx tardiv ta’ ċerti garanziji ta’ provvista - Ħlas parzjali ta’ fattura ta’ trasport - Ħlas insuffiċjenti f’muniti barranin ta’ ċerti fatturi - Interessi moratorji”))
(2016/C 111/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Calberson GE (Villeneuve-Garenne, Franza) (rappreżentanti: T. Gallois u E. Dereviankine, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u I. Galindo Martín, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u C. Candat, aġenti)
Suġġett
Rikors, skont l-Artikolu 272 TFUE, intiż li jikseb il-kundanna tal-Kummissjoni li jiġi rreparat id-dannu li r-rikorrenti subit wara nuqqasijiet allegatament imwettqa mill-organu tal-intervent fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt li jirrigwarda t-trasport ta’ ċanga u vitella f’destinazzjoni fir-Russja konformement mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 111/1999, tat-18 ta’ Jannar 1999, li jippreskrivi regoli ġenerali għall-applikazzjoni tar Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2802/98 dwar programm ta’ provvista ta’ prodotti agrikoli lill-Federazzjoni Russa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 24, p. 296) u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1799/1999, tas-16 ta’ Awwissu 1999, dwar il-provvista ta’ ċanga u vitella lir-Russja (ĠU L 217, p. 20).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Calberson GE hija kkundannata għall-ispejjeż.
3)
Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 184, 16.6.2014.
Full & Egal Universal Law Academy