21.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 428/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ottubru 2016 – Søndagsavisen vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-167/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna favur il-produzzjoni u l-innovazzjoni fil-qasam tal-istampa miktuba - Deċiżjoni li ma jitqajjmux oġġezzjonijiet - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati - Assenza ta’ diffikultajiet serji - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2016/C 428/14)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: Søndagsavisen A/S (Søborg, id-Danimarka) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Honoré u C. Fornø, sussegwentement minn M. Honoré, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Grønfeldt u B. Stromsky, aġenti)
Parti konvenuta insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning, aġent, assistit minn R. Holdgaard, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 7870 finali, tal-20 ta’ Novembru 2013, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat SA.36366 (2013/N) innotifikata mir-Renju tad-Danimarka favur il-produzzjoni u l-innovazzjoni fil-qasam tal-istampa miktuba.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Søndagsavisen A/S hija kkundannata tħallas l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
3)
Ir-Renju tad-Danimarka għandu jħallas l-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 223, 14.7.2014.
Full & Egal Universal Law Academy