25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 26 ta’ Novembru 2015 – Nürburgring vs UASI – Biedermann (Nordschleife)
(Kawża T-181/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Nordschleife - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Management by Nordschleife - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 027/53)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Nürburgring GmbH (Nürburg, il-Ġermaniż) (rappreżentanti: M. Viefhues u C. Giersdorf, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lutz Biedermann (Villingen-Schwenningen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Jacob u M. Ziliox, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Jannar 2014 (Każ R 163/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn M. Lutz Biedermann u Nürburgring GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Nürburgring GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 151, 19.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy