2.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Jannar 2015 – Grundig Multimedia vs UASI (GentleCare)
(Kawża T-188/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GentleCare - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament”])
(2015/C 073/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Grundig Multimedia AG (Stansstad, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Walter u M. Neuner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 Jannar 2014 (Każ R 739/2013-5), li tikkonferma ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali GentleCare bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Grundig Multimedia AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 151, 19.05.2014.
Full & Egal Universal Law Academy