3.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2017 – Lubrizol France vs Il-Kunsill
(Kawża T-191/14) (1)
((“Tariffa Doganali Komuni - Leġiżlazzjoni li tirrigwarda s-sospensjoni ta’ dazji awtonomi fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali - Oġġezzjoni fil-konfront tas-sospensjonijiet eżistenti - Ekwivalenza tal-prodotti - Proċedura ta’ ġestjoni tal-oġġezzjonijiet”))
(2017/C 104/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lubrizol France SAS (Lubrizol France SAS (Rouen, Franza) (rappreżentanti: R. MacLean, solicitor, B. Hartnett, barrister, u A. Bochon, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Florindo Gijón u M. Balta, aġenti)
Parti konvenuta insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Caeiros u M. Clausen, sussegwentement minn A. Caeiros u A. Lewis, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikoli 1 u 4 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1387/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1344/2011 (ĠU 2013, L 354, p. 201), sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet ċaħħdu lir-rikorrenti minn tliet sospensjonijiet li hija bbenefikat minnhom preċedentement konformement mal-Kodiċijiet TARIC 2918 2900 80, 3811 2900 10 u 3811 9000 30.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Lubrizol France SAS hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 151, 19.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy