23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Cristiano di Thiene vs UASI – Nautica Apparel (AERONAUTICA)
(Kawża T-193/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AERONAUTICA - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti NAUTICA u NAUTICA BLUE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 389/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cristiano di Thiene SpA (Thiene, l-Italja) (rappreżentanti: F. Fischetti u F. Celluprica, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nautica Apparel, Inc. (New York, New York, L-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Hawkes, solocitor u B. Brandreth, barrister)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Jannar 2014 (Każ R 96/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nautica Apparel, Inc. u Thiene SpA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Cristiano di Thiene SpA huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 151, 19.5.2014
Full & Egal Universal Law Academy