23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/45
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Primagaz vs UASI – Reeh (PRIMA KLIMA)
(Kawża T-195/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PRIMA KLIMA - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PRIMAGAZ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Pubbliku rilevanti - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Karattru distintiv ta’ element verbali li jfaħħar - Paragun kunċettwali - Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2015/C 389/48)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Compagnie des gaz de pétrole Primagaz SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: D. Régnier, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gerhard Reeh (Radnice, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: W. Riegger, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Jannar 2014 (Każ R 2304/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Compagnie des gaz de pétrole Primagaz SA u Gerhard Reeh.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-7 ta’ Jannar 2014 (Każ R 2304/2012-1), hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell ċaħad l-appell li ġie ppreżentat quddiemu fir-rigward ta’ prodotti “Tagħmir fiss tad-dawl, apparat għat-tisħin tal-arja f’ċertu spazju, apparat għat-tnixxif; apparat għal ventilazzjoni; filtri tal-faħam attiv għall-ventilazzjoni”.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 175, 10.6.2014.
Full & Egal Universal Law Academy