30.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 191/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – 100 % Capri Italia vs EUIPO – IN.PRO.DI (100 % Capri)
(Kawża T-198/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 100 % Capri - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CAPRI - Raġuni relattiva għal rifjut - Karattru distintiv - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 191/28)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: 100 % Capri Italia Srl (Capri, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani, G. Ghisletti u F. Braga, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Inghirami produzione distribuzione SpA (IN.PRO.DI), li qabel kienet Cantoni ITC SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: V. Piccarreta u M. Franzosi, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-10 ta’ Jannar 2014 (Każ R 2122/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Inghirami produzione distribuzione SpA (IN.PRO.DI) u 100 % Capri Italia Srl.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
100 % Capri Italia Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 159, 26.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy