2.5.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Marzu 2016 – The Body Shop International vs UASI – Spa Monopole (SPA WISDOM)
(Kawża T-201/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali SPA WISDOM - Trade mark Benelux verbali preċedenti SPA - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 156/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Body Shop International (Littlehampton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: I. Vernimme, H. Viaene, S. Vandewynckel u D. Gillet, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Cornu u E. De Gryse, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Jannar 2014 (Każ R 1516/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Body Shop International plc u Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
The Body Shop International plc hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 235, 21.7.2014.
Full & Egal Universal Law Academy