6.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Mejju 2015 – Mo Industries vs UASI (Splendid)
(Kawża T-203/14) (1)
((Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Splendid - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba))
(2015/C 221/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mo Industries LLC (Los Angeles, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Jannar 2014 (Każ R 1542/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Splendid bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mo Industries LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 212, 07.07.2014
Full & Egal Universal Law Academy