23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/48
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Klement vs UASI – Bullerjan (Forma ta’ forn)
(Kawża T-211/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ forn - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Natura tal-użu mit-trade mark - Forma li tvarja permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv”])
(2015/C 389/52)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Toni Klement (Dippoldiswalde, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Weiser u A. Grohmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Poch, D. Botis u A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bullerjan GmbH (Isernhagen-Kirchhorst, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Jannar 2014 (Każ R 927/2013-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Toni Klement u Bullerjan GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Toni Klement huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 245, 28.7.2014.
Full & Egal Universal Law Academy