22.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ April 2017 – Regione autonoma della Sardegna vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-219/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Trasport marittimu - Kumpens ta’ servizz pubbliku - Żieda tal-kapital - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Stralċ tal-impriża benefiċjarja - Żamma tal-interess ġuridiku - Assenza ta’ nuqqas ta’ lok għall-għoti ta’ deċiżjoni - Kunċett ta’ għajnuna - Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali - Kriterju ta’ investitur privat - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Żball ta’ liġi - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Deċiżjoni 2011/21/UE - Linji gwida li jirrigwardaw l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà - Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku - Sentenza Altmark”))
(2017/C 161/27)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Regione autonoma della Sardegna (l-Italja) (rappreżentanti: T. Ledda, S. Sau, G. M. Roberti, G. Bellitti u I. Perego, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte, D. Grespan, u A. Bouchagiar, aġenti)
Parti konvenuta in sostenn tal-parti konvenuta: Compagnia italiana di navigazione SpA (Naples, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Sciaudone, R. Sciaudone, D. Fioretti u A. Neri, sussegwentement minn M. Merola, B. Carnevale u M. Toniolo, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 9101 finali, tat-22 ta’ Jannar 2014, li tikkonċerna l-miżuri ta’ għajnuna SA.32014 (2011/C), SA.32015 (2011/C) u SA.32016 (2011/C), implementati mir-reġjun awtonomu ta’ Sardegna favur Saremar, sa fejn din id-deċiżjoni kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat miżura ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku u żieda tal-kapital, iddikjarat dawn il-miżuri inkompatibbli mas-suq intern u ordnat l-irkupru tagħhom.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Regione autonoma della Sardegna (l-Italja) hija kkundannata kemm għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Compagnia Italiana di Navigazione SpA.
(1) ĠU C 175, 10.6.2014.
Full & Egal Universal Law Academy