20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2015 – Deluxe Laboratories vs UASI (deluxe)
(Kawża T-222/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva deluxe - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nruo207/2009 - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nruo207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nruo207/2009”])
(2015/C 236/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Deluxe Laboratories, Inc. (Burbank, Californie, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Serrat Viñas, avukat)
Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Jannar 2014 (Każ R 1250/2013-2), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv deluxe bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta’ Jannar 2014 (Każ R 1250/2013-2) hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż.
(1) ĠU C 175, 10.06.2014.
Full & Egal Universal Law Academy