22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2016 – CW vs Il-Kunsill
(Kawża T-224/14) (1)
((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija - Iffriżar ta’ fondi - Proroga - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Żball ta’ fatt - Użu ħażin ta’ poter - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))
(2016/C 305/38)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CW (rappreżentant: A. Tekari, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u M. Bishop, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/49/PESK, tat-30 ta’ Jannar 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2014, L 28, p. 38) sa fejn tikkonċerna r-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens għad-dannu li ġarrab ir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
CW għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 351, 6.10.2014
Full & Egal Universal Law Academy