30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – CBM vs UASI – Aeronautica Militare (Trecolore)
(Kawża T-227/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Trecolore - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti FRECCE TRICOLORI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 398/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CBM Creative Brands Marken GmbH (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: U. Lüken, M. Grundmann u N. Kerger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Aeronautica Militare – Stato Maggiore (Ruma, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Jannar 2014 (Każ R 253/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Aeronautica Militare – Stato Maggiore u CBM Creative Brands Marken GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
CBM Creative Brands Marken GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 245, 28.7.2014.
Full & Egal Universal Law Academy