30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/48
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – The Smiley Company vs UASI (Forma ta’ wiċċ bil-qran)
(Kawża T-242/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ wiċċ bil-qran - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])
(2015/C 398/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Smiley Company SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Freitag u C. Albrecht, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Geroulakos u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Jannar 2014 (Każ R 836/2013-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kkostitwit mill-forma ta’ wiċċ bil-qran bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-16 ta’ Jannar 2014 (Każ R 836/2013-1) hija annullata għal dak li jirrigwarda r-rifjut ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni għall-“frott u ħaxix ikkonservat, iffriżat, imnixxef u imsajjar; prodotti tal-ħalib”.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-partijiet għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 282, 25.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy