30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/51
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2015 – Promarc Technics vs UASI – PIS (Parti minn bieb)
(Kawża T-251/14) (1)
([“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta parti minn bieb - Disinn internazzjonali preċedenti kkostitwit minn privattiva Amerikana - Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Prova tal-iżvelar lill-pubbliku tad-disinn preċedenti - Oqsma speċjalizzati tas-settur ikkonċernat - Utent avżat - Livell ta’ libertà tal-kreatur - Artikolu 6, Artikolu 7(1) u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”])
(2015/C 398/64)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Promarc Technics s.c. Tomasz Pokrywa, Rafał Natorski (Zabierzów, il-Polonja) (rappreżentant: J. Radłowski, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Walicka u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Petrycki i Sorys sp.j. (PIS) (Jasło, il-Polonja) (rappreżentant: D. Kulig, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Jannar 2014 (Każ R 1464/2012-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Petrycki i Sorys sp.j. (PIS) u Promarc Technics s.c. Tomasz Pokrywa, Rafał Natorski.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Promarc Technics s.c. Tomasz Pokrywa, Rafał Natorski hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 212, 7.7.2014
Full & Egal Universal Law Academy