21.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 429/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 29 ta’ Ottubru 2015 – Giuntoli vs UASI – Société des produits Nestlé (CREMERIA TOSCANA)
(Kawża T-256/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja CREMERIA TOSCANA - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti la Cremeria - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 429/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Andrea Giuntoli (Barċellona, Spanja) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger Lenz u T. Bösling, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Frar 2014 (Każ R 886/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Société des produits Nestlé SA u A. Giuntoli.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
A. Giuntoli huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 253, 4.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy