25.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 27/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 26 ta’ Novembru 2015 – Bionecs vs UASI – Fidia farmaceutici
(Kawża T-262/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożiżzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali BIONECS - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti BIONECT - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2016/C 027/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: GmbH Bionecs (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Knitter,)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Fidia farmaceutici SpA (Abano Terme, l-Italja) (rappreżentant: R. Kunz-Hallstein,)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Frar 2014 (Każ R 1179/2013/1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fidia Farmaceutici SpA et Bionecs GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bionecs GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 235, 21.7.2014.
Full & Egal Universal Law Academy