29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Lulju 2016 – Argus Security Projects vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-266/14) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Provvista ta’ servizzi ta’ sigurtà fil-kuntest tal-missjoni ta’ assistenza tal-Unjoni għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja - Ċaħda ta’ offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2016/C 314/26)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Argus Security Projects Ltd (Limassol, Ċipru) (rappreżentanti: T. Bontinck u E. van Nuffel d’Heynsbroeck, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u D. Gauci, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-deċiżjoni tal-missjoni ta’ assistenza tal-Unjoni Ewropea għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) li ma taċċettax l-offerta sottomessa mir-rikorrenti, għall-għoti bi proċedura kompetittiva nnegozjata, tal-kuntratt dwar is-servizzi ta’ sigurtà fil-kuntest tal-EUBAM Libya għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja (kuntratt EUBAM-13-020) u li tagħti l-kuntratt lil Garda World Ltd.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-missjoni ta’ assistenza tal-Unjoni Ewropea (EUBAM Libya) li ma taċċettax l-offerta sottomessa minn Argus Security Projects Ltd għall-għoti, bi proċedura kompetittiva nnegozjata, tal-kuntratt dwar is-servizzi ta’ sigurtà fil-kuntest tal-EUBAM Libua għal ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-Libja (kuntratt EUBAM-13-020) u li tagħti l-kuntratt lil Garda World Ltd hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 245, 28.7.2014.
Full & Egal Universal Law Academy