20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 3 ta’ Ġunju 2015 – Lithomex vs UASI – Glaubrecht Stingel (LITHOFIX)
(Kawża T-273/14) (1)
([“Trade Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali LITHOFIX - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti LITHOFIN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Xebh tal-prodotti - Assenza ta’ obbligu ta’ eżami relatata mal-prodotti kollha koperti mit-trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 236/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lithomex ApS (Langeskov, id-Danimarka) (rappreżentant: L. Ullmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Bonne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Glaubrecht Stingel GmbH & Co. KG (Wendlingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Krüger, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Frar 2014 (Każ R 2280/2012-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Glaubrecht Stingel GmbH & Co KG u Lithomex ApS.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Lithomex ApS hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 253, 4.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy