19.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Dairek Attoumi vs UASI – Diesel (DIESEL)
(Kawża T-278/14) (1)
([“Disinn jew mudell Komunitarju - Proċedimenti ta’ nullità - Disinn jew mudell Komunitarju rreġistrat DIESEL - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti DIESEL - Raġuni ta’ invalidità - Użu ta’ sinjal distintiv - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Prova ta’ użu ġenwin - Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva”])
(2015/C 346/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Mansour Dairek Attoumi (Badalona, Spanja) (rappreżentanti: E. Manresa Medina u J. Manresa Medina, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Mondéjar Ortuño u V. Melgar, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Diesel SpA (Breganze l-Italja) (rappreżentanti: F. Celluprica u F. Fischetti, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Frar 2014 (Każ R 855/2012-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Diesel SpA u Mansour Dairek Attoumi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mansour Dairek Attoumi huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 253, 4.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy