24.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2015 – Federcoopesca et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-312/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Sajd - Sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni intiż sabiex jiġu indirizzati l-lakuni tas-sistema Taljana ta’ kontroll tas-sajd - Att li ma jbiddilx fih innifsu s-sitwazzjoni legali tar-rikorrent - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”))
(2015/C 279/43)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Federazione nazionale delle cooperative della pesca (Federcoopesca) (Ruma, l-Italja); Associazione Lega Pesca (Ruma); Associazione generale cooperative italiane settore agro ittico alimentare (AGCI AGR IT AL) (Ruma) (rappreżentanti: L. Caroli, S. Ventura u V. Cannizzaro, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u D. Nardi, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 8635 finali, tas-6 ta’ Diċembru 2013, dwar l-istabbiliment ta’ pjan ta’ azzjoni intiż sabiex jiġu indirizzati l-lakuni tas-sistema Taljana ta’ kontroll tas-sajd.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Federazione nazionale delle cooperative della pesca (Federcoopesca), Associazione Lega Pesca u Associazione generale cooperative italiane settore agro ittico alimentare (AGCI AGR IT AL) huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 194, 24.6.2014.
Full & Egal Universal Law Academy