27.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/9
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 – vs EUIPO – Rezon
(Kawżi magħquda T-322/14 u T-325/14) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali u figurattivi - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti mobile - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 15(1), Artikolu 57(2) u Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 - Regola 40(6) tar-Regolament (KE) Nruo2868/95”])
(2016/C 232/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GmbH (Kleinmachnow, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lührig, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Rezon OOD (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentanti: P. Kanchev u T. Ignatova, avukati)
Suġġett
Żewġ rikorsi kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar (Każ R 922/2013-1) u tat-13 ta’ Frar 2014 (Każ R 951/2013-1), dwar żewġ proċeduri ta’ annullament bejn GmbH u Rezon OOD.
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
2)
GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 235, 21.7.2014.
Full & Egal Universal Law Academy