3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2015 – Bankia vs UASI – Banco ActivoBank (Portugal) (Bankia)
(Kawża T-323/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Bankia - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BANKY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2015/C 363/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bankia SA (Valence, Spanja) (rappreżentant: F. De Barba, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Banco ActivoBank (Portugal), SA (Lisbona, il-Portugall)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Frar 2014 (Każi magħquda R 649/2013-2 u R 744/2013-2), dwar proċedura ta’ oppożizzjoni bejn Banco ActivoBank (Portugal), SA u Bankia, SA.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta’ Frar 2014 (Każi magħquda R 649/2013-2 u R 744/2013-2) hija annullata sa fejn din laqgħet ir-rikors ta’ Banco ActivoBank (Portugal), SA, dwar is-“servizzi ta’ proprjetà immobbli”, previsti mill-applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja u li jaqgħu fil-klassi 36.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Bankia, SA u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 261, 11.8.2014.
Full & Egal Universal Law Academy